ONE.COM.MT • Tħabbar investiment qawwi ta’ tnejn u għoxrin miljun ewro mill-kumpanija Lufthansa Technik Malta, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, biex jinbena hangar ġdid. Jirriżulta li l-industrija tal-avjazzjoni waħedha f’Malta qed tikkontribwixxi għal €600 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna.